Thursday, November 19, 2026
Home Sport Aurelien Tchouameni jiffirma kuntratt ta’ erba’ snin ma’ Real Madrid

Aurelien Tchouameni jiffirma kuntratt ta’ erba’ snin ma’ Real Madrid

0
32

Real Madrid ħabbru li Aurelien Tchouameni ffirma estensjoni tal-kuntratt li se żżommu mal-club sal-30 ta’ Ġunju 2032.

Il-midfielder Franċiż ta’ 26 sena ngħaqad ma’ Real Madrid mingħand Monaco fl-2022 u minn dakinhar sar element importanti f’nofs il-ground tat-team. Fil-ħames staġuni tiegħu mal-club Spanjol, huwa lagħab 205 partita u rebaħ tmien unuri, fosthom il-UEFA Champions League u t-titlu tal-La Liga fl-2024.

Tchouameni, li lagħab 50 darba mat-team nazzjonali Franċiż, kien oriġinarjament marbut ma’ Real Madrid sal-2028. B’din l-estensjoni, il-club qed jassigura s-servizzi tiegħu fit-tul u jkompli jsaħħaħ il-qalba tat-team għall-istaġuni li ġejjin.

Din ir-rinnovazzjoni tasal jum wara li Real Madrid ħabbru wkoll l-estensjoni tal-kuntratt tal-midfielder Tork Arda Guler, li wkoll se jibqa’ marbut mal-klabb sal-2032.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here