Saturday, October 26, 2024

100 familja jisfaw vittmi intortament tas-sekwestru fuq kumpaniji ta’ Keith Schembri

Aqra wkoll

Rikors b’urġenza minn kumpaniji ta’ Keith Schembri

F’rikors b’urġenza li tressaq fl-aħħar sigħat minn Kasco Limited, Kasco Recycling Ltd, Its Good Limited, Kasco Engineering, Berner Malta Limited u Kasco Holding Limited,  talab li jiġu rilaxxati somom ta’ flus u dan biex jitħallsu l-pagi tal-ħaddiema.  B’kollox hemm milqujin xejn inqas minn 100 familja. Ir-rikors b’urġenza minn kumpaniji ta’ Keith Schembri, jiddikara li dawn il-familji huma milqutin intortament.

Ir-rikors jgħid li dawn il-kumpaniji huma  suġġetti għal ordni ta’ investigazzjoni u sekwestru skont ma jipprovdi l-Artikolu 4 tal-Kap 373 tal-Liġijiet ta’ Malta.  Ir-rikors jgħid li dawn il-kumpaniji bejniethom  jimpjegaw madwar 100 persuna fuq bażi full tajm u li l-għixien tagħhom u tal-familji tagħhom jiddependi unikament  mis-salarju li huma jieħdu minn dawn il-kumpaniji.

Ir-rikors jgħid li “l-pagi tal-impjegati ta’ dawn il-kumpaniji, kien in parti dovuti l-Ġimgħa  25 ta’ Settembru u in parti nhar it-Tlieta 29 ta’ Settembru.  Dawn il-pagi huma l-mezz ta’ għixien ta’  madwar 100 familja li qed jiddependi minn dawn il-flus biex  ikollhom x’jieklu, jitimgħuh lil uliedhom u jħallsu self mal-banek.

Illi l-effetti tal-ordni ta’ sekwestru huma katastrofiċi mhxu bisss fuq min huma propjament indirizzati jew intiżi iżda fuq terzi li ċertament m’għndhomx x’jaqsmu xejn ma’ din l-investigazzjoni għajr għal qadi ta’ dmirijiethom bħala  impjegati  li qed jagħtu l-ħin tagħhom biex jaqilgħu l-ħobża ta’ kuiljum.

Ir-rikors jgħid li din l-inġustizzja hi aggravata mill-fatt li din l-ordni ta’ sekwestru mhi xejn għajr miżura esaġerata kontra Keith Schembri  u l-interessi tiegħu, mitluba minn l-Avukat Ġenerali a skorta ta’ dak li ried il-Kummissarju tal-Pulizija.  Dawn ta’ l-aħħar għażlu li mhux biss jissekwestraw l-assi tal-persuni investigati u tal-kumpaniji tagħhom iżda saħansitra issekwestraw l-assi ta’ persuni li indubbjament  m’għandhomx x’jaqsmu xejn ma’ din l-investigazzjoni bħal per eżempju tfal ta’ età tenera u minuri li ssekwestrawlhom l-assi, meta fil-maġġorparti tal-każi dawn it-tfal żgħar ma kellhom l-ebda assi. 

Ir-rikors jgħid  li “jingħad li l-esponenti qed jikkontednu li wieħed irid jara  kemm hu minnu li dana l-aħir tal-Pulizija, hu in sintonbija mal-konklużjonijiet ta’ inkjesta bl-Ingenere konkluża  mill-Maġistrat Galea Sciberras.  Illi f’dan l-istadju l-esponenti ftit li xejn jistgħu jikkummentaw dwar dan il-fattur, iżda ikun għaqli u meħtieġ li l-qorti tissindika hi stess  l-istess konklużjonijiet biex tixtarr jekk l-aġir in ezami hux wieħed ġustifikat jew inkella esaġerat għall-aħħar kif iqis l-esponenti”.

Ir-rikors jisħaq li “dan mhux qed jingħad kapriċċożament iżda ukoll biex il-Qorti tkun f’pożizzjoni tqis sew l-element ta’ proporzjonalità bejn il-miżuri ħarxa u esaġerati imposti mill-Avukat Ġenerali u l-Pulizija, il-konklużjonijiet tal-Maġistrat inkwerenti u t-tbatija kbira u bla bżonn  li qed tiġi inflitta  fuq terzi bħal impjegati li m’huma xejn.għajr vittmi f’dan il-każ”.

Ir-rikors qed jitlob li dan jinstema b’urġenza u li jkun awtorizzat ir-rilaxx ta’ somom sekwestrati mill-kumpaniji esponenti differenti  biex ikunu jistgħu jitħallsu l-pagi  tal-impjegati u dan taħt is-sorveljanza ta’ espert jew amministratur proviżjorju appuntat appożitament għal din l-istanti minn din il-Qorti”.

Sport