Friday, April 19, 2024

Tiemoue Bakayoko fir-radar ta’ PSG

Aqra wkoll

Paris St Germain jinsabu f’taħditiet ma’ Chelsea dwar il-possibbiltá li jiksbu l-firma tal-plejer ta’ nofs il-grawnd, Tiemoue Bakayoko. Il-player ta’ 26 sena għadu qed jistenna x’se jkun il-ġejjieni tiegħu wara li t-trasferiment li kellu jseħħ minn mal-Blues għal ma’ AC Milan għadu qed ikarkar.

B’dan f’moħħhom, iċ-champions Franċiżi se jippruvaw jieħdu vantaġġ u jakkwistaw lil dan il-player li jidher ferm utli għall-iskema tattika tal-coach Thomas Tuchel.

Il-player ta’ 26 sena spikka ferm fiż-żmien meta kien ma’ AS Monaco għalkemm mhux l-istess jista’ jingħad dwar l-esperjenza ma’ Chelsea li kienet waħda ferm diżappuntanti.

Sadanittant AC Milan permezz tad-direttur sportiv Paolo Maldini għadhom qed jaħdmu sabiex iġibu lejn San Siro lil dan il-player.

Sport