F’kitba qasira li għamel aktar kmieni dalgħodu l-Prim Ministru Robert Abela fakkar li mitt ġurnata ilu, laqa’ b’responsabiltà li jservi lil pajjiżna bħala l-Prim Ministru tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.
Abela ddeskriva dawn il-mitt jum bħala jiem twal ta’ ħidma, lejl u nhar, mal-bqija tal-Kabinett biex inkomplu mexjin ‘l quddiem.
Minkejja dan kollu l-Prim Ministru stqarr li hu jinsab ottimist dwar il-futur u fiduċjuż li l-poplu se jkompli jirnexxi u jasal għal aktar suċċessi.
