Thursday, April 18, 2024

WHO: S’issa mhux possibbli niddeterminaw l-oriġini eżatta tal-Coronavirus

Aqra wkoll

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa ħabbret li s’issa għadu mhux possibbli jiddeterminaw l-oriġini tal-coronavirus. 

Kien id-direttur tal-WHO għar-reġjun tal-Paċifiku tal-Punent, Takeshi Kasai li qal li s’issa ma jistgħux isiru konklużjonijiet. Madankollu, hu qal li mill-informazzjoni li hemm disponibbli jidher li toriġina mill-annimali. 

Skont Kasai, kwalunkwe miżuri biex jonqsu l-kwarantini b’rabta mal-Coronavirus għandhom isiru b’mod gradwali. Saħaq li jekk ir-restrizzjonijiet jitneħħew malajr, jista’ jkun hemm żieda f’dawk infettati mill-ġdid. 

L-espert qal li l-miżuri ta’ kwarantina wrew li huma effettivi u għalhekk qal li n-nies iridu jkunu lesti għal mod ġdid ta’ ħajja, biex is-soċjetà tkun tista’ tkompli tiffunzjona, filwaqt li l-Coronavirus tinżamm taħt kontroll. 

Ekonomija

Sport