Tuesday, November 24, 2026
Home Internazzjonali Papa Franġisku kien ra viżjoni tax-Xitan u tal-infern – żvelat id-djarju personali...

Papa Franġisku kien ra viżjoni tax-Xitan u tal-infern – żvelat id-djarju personali tiegħu

0
22

Djarji privati tal-mibki Papa Franġisku, ippubblikati llum fi ktieb ġdid, jiżvelaw li matul il-pontifikat tiegħu għadda minn kriżi spiritwali profonda, li fiha sostna li kellu viżjonijiet tax-Xitan u tal-infern.

Skont rapport tas-CNN, il-Papa għadda minn perjodu partikolarment diffiċli bejn l-2021 u l-2022, meta kien qed jissielet internament dwar kif għandu juża l-awtorità tiegħu fit-tmexxija tal-Knisja Kattolika.

F’wieħed mid-djarji tiegħu, Franġisku rrakkonta li matul ħajtu kien jemmen li ra lix-Xitan fi tliet okkażjonijiet differenti, fosthom darba waqt laqgħa ma’ uffiċjali tal-Vatikan.

Il-ktieb, The Private Diary of Pope Francis, fih 160 paġna u jiġbor kitbiet personali li jmorru lura għall-perjodu bejn l-1992 u l-2024. Dawn ġew ippubblikati b’kummentarju mill-Kardinal Víctor Manuel Fernández, wieħed mill-aktar kollaboraturi qrib tiegħu.

Id-djarji jagħtu ħarsa lejn il-ħsibijiet, il-biżgħat u l-isfidi spiritwali li l-Papa kien jesperjenza lil hinn mill-ħajja pubblika tiegħu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here