Vapur tal-merkanzija, li huwa maħsub li hu l-Ascalon, ġie attakkat ilbieraħ qrib Benghazi, fil-Libja, madwar 300 kilometru fix-Xlokk ta’ Malta.
Il-Ministru Glenn Bedingfield qal li dan l-attakk huwa sinjal ieħor li s-sigurtà fil-Mediterran saret kwistjoni serja li ma tistax tiġi injorata.
Bedingfield sostna li l-Ascalon huwa rreġistrat fir-Russja u mhux taħt il-bandiera Maltija, kif ġie rrappurtat minn xi mezzi tax-xandir internazzjonali.
Fl-istess jum, vapur militari Russu ġie attakkat ukoll waqt li kien ankrat fil-port ta’ Benghazi.
Rapporti internazzjonali qed jindikaw li l-attakki setgħu twettqu permezz ta’ drones marittimi, iżda għadu mhux ikkonfermat min kien responsabbli.




