Monday, November 23, 2026
Home Sport Paris St-Germain se jitilfu lil Desire Doué għal diversi xhur minħabba injury...

Paris St-Germain se jitilfu lil Desire Doué għal diversi xhur minħabba injury kerha

0
25

Paris St-Germain sofrew daqqa kbira hekk kif l-attakkantDesire Doué, sofra injury serja fil-ligament kruċjat ta’ quddiem (ACL) fl-irkoppa tal-lemin waqt ir-rebħa ta’ 3-2 kontra Nice.

Il-player ta’ 21 sena kien fetaħ l-iskor qabel weġġa’ lejn tmiem l-ewwel taqsima. 

Wara eżamijiet mediċi, PSG ikkonfermaw li Doué se jkollu bżonn operazzjoni, mingħajr ma speċifikaw meta jista’ jirritorna.

Din hija daqqa ta’ ħarta kbira għall-coach Luis Enrique, li diġà jinsab mingħajr Khvicha Kvaratskhelia minħabba injury simili.

Teżisti wkoll possibbiltá li l-istaġun għal Doué huwa mitmun.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here