Sunday, November 22, 2026
Home Sport Tennis: Carlos Alcaraz jirbaħ l-ATP Finals f’Turin

Tennis: Carlos Alcaraz jirbaħ l-ATP Finals f’Turin

0
27

Carlos Alcaraz inkuruna staġun mill-aqwa billi għeleb lil Alexander Zverev 6-2, 7-6(7) fil-finali tal-ATP Finals f’Turin, biex rebaħ dan it-titlu prestiġjuż għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu.

L-Ispanjol beda b’saħħtu u ddomina l-ewwel set, fejn kiser is-service tal-Ġermaniż darbtejn biex rebaħ 6-2.

Zverev wieġeb fit-tieni set, iżda Alcaraz żamm il-kalma u l-kontroll tal-logħba. Il-Ġermaniż irnexxielu jġiegħel it-tieni set jintlagħab f’tie-break, fejn kellu tliet set points, iżda Alcaraz salva t-tlieta qabel rebaħ 9-7 u ssiġilla l-konfront.

Din kienet l-14-il rebħa konsekuttiva għal Alcaraz, li kompla jikkonferma l-forma eċċellenti tiegħu wara s-suċċessi fi Vjenna u Pariġi.

B’dan is-suċċess, Alcaraz sar l-ewwel Spanjol minn Alex Corretja fl-1998 li rebaħ l-ATP Finals, u temm ukoll in-nuqqas ta’ dan it-titlu prestiġjuż fil-kollezzjoni tiegħu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here