Minn Kenneth Vella
Fi tmiem il-ġimgħa fil-Marsa saru t-53 u l-54 laqgħa tal-istaġun li nkludew aktar heats minn diversi kampjonati għal żwiemel Franċiżi. Spikkaw l-aktar it-tliet heats li taw il-bidu għall-kampjonat Prix De Vincennes għal dawk tal-klassi Premier fuq distanza ta’ 2640m. Minnhom 18-il żiemel għaddew għas-semi-finali. Dawn il-heats intrebħu minn Hiatus, Gaspar D’Angis u Fameux Sax.
Fl-ewwel heat tal-aqwa klassi li saret is-Sibt Hiatus ta’ Rodney Gatt kien quddiem tul id-distanza kollha. Dan akkwista l-ewwel rebħa fi xtutna wara li fl-aħħar metri xejjen l-isfida ta’ Forbach (Redent Magro) u Gassman D’Essa (Carl Caruana). Falko De Nouville (Noel Baldacchino) temm ir-raba’ minn Gaucho De Houelle (Mario Falzon) u Glossy Boy (Joseph Tabone).
Il-favorit Gaspar D’Angis (Rodney Gatt) ħa t-tieni rebħa nfila u r-raba’ f’Malta fit-tieni heat. Dan wara li mar quddiem 200 metru mit-tmiem. B’hekk Gaspar D’Angis ħa t-tieni rebħa nfila u r-raba’ f’Malta. Kool Des Champs (Carl Caruana) temm it-tieni minn Gershwin De Chenu (Noel Baldacchino), Galant De Bruyere (Ramon Briffa), Forban (Cherise Farrugia) u Galba Ringeat (Joe Schembri).
It-tielet u l-aħħar heat Premier rat lil Fameux Sax (Noel Baldacchino) jakkwista t-tieni rebħa f’pajjiżna wara li kien il-ħin kollu quddiem. Heros Des Mottes (Charles Camilleri), Hermes Express (Jesmar Gafa’), Fox Papa Tango (Alessandro Grech), Granit Du Fresne (Marvin Cauchi) u Idem Jihem (Dwayne Farrugia) għamluha wkoll għall-fażi li jmiss.
Matul din il-laqgħa ngħatat ukoll tifkira tal-okkażjoni lil Stephen Ciangura u Silvan Fenech, is-sidien tal-Franċiż Gaspar d’Angis. Dan wara li dan iż-żiemel fis-6 ta’ Novembru li għadda kiser ir-rekord nazzjonali fuq distanza ta’ 3140m metru meta għamel medja ta’ 1.14.4” fil-kilometru.
Ir-rebbieħa kollha
Is-Sibt
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Charlie Island (M. Refalo) Ħin – NTR 2. Embrace IT (J. Grech) 3. Joyus (P. Galea) 4. Eald Breed (N. Baldacchino)
II Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Doge Spritz (D. Ħili) Ħin – 2.39.5” (1.14.5”) 2. R.K. Star (C. Refalo) 3. Black Mission (Ch. Camilleri) 4. Elva Rapid (R. Gatt)
III Tiġrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Hoquey Demarlotte (J. Gafa’) Ħin – 3.21.8” (1.16.4”) 2. Jacari (R. Gatt) 3. Kingston Sautreuil (S. Vella) 4. Groove De Syva (N. Barbara) 5. Green Pop (J. Pace)
IV Tiġrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Galeo Du Portugal (K. Axisa) Ħin – 3.22.5” (1.16.7”) 2. Easy De Trouville (A. Grech) 3. Jackpot Du Lot (R. Magro) 4. Gamin De Larre (J. Carabott) 5. Jango Angele (D. Baldacchino)
V Tiġrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Emissoro (R. Schembri) Ħin – 3.25.3” (1.17.8”) 2. Inca Des Champs (R. Gatt) 3. Il Conto (C. Vassallo) 4. Gambit Gibus (Ch. Camilleri) 5. Guarda (M. Mifsud)
VI Tiġrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Krooner De L’Iton (Cherise Farrugia) Ħin – 3.23.7” (1.17.2”) 2. Goldenboy De Chenu (C. Vassallo) 3. Jag D’Urzy (A. Cassar) 4. Kelsa Des Touches (J. Gafa’) 5. Exil D’Erable (J. Scerri)
VII Tiġrija Heat Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Jewel Meslois (R. Magro) Ħin – 3.21.5” (1.16.3”) 2. Joulyo Vita (A. Farrugia) 3. Ganymed De Corbery (J. Gauci) 4. Impact Sur Laterre (M. Grech)
VIII Tiġrija. Heat Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Defi Nay (R. Gatt) Ħin – 3.21.3” (1.16.4”) 2. Hawk Speed (J. Gafa’) 3. Ice Dream Royal (M. Fenech) 4. Helios Des Racques (D. Cortis)
IX Tiġrija. Heat Prix De Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Hiatus (R. Gatt) Ħin – 3.21” (1.16.2”) 2. Forbach (R. Magro) 3. Gassman D’Essa (C. Caruana) 4. Falko De Nouville (N. Baldacchino) 5. Gaucho De Houelle (M. Falzon) 6. Glossy Boy (J. Tabone)
X Tiġrija. Heat Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Joyaux Du Chene (C. Galea) Ħin – 3.24.8” (1.17.6”) 2. Éclair Des Vaux (N. Baldacchino) 3. Jaha Man Du Pont (R. Gatt) 4. Irish Parker (F. Mallia)
Il-Ħadd
I Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Network Eagle (C. Galea) Ħin – 3.42.9” (1.16.1”) 2. Last Gift C.G. (C. Caruana) 3. Gigaro AM (P. Galea) 4. Calogero RG (M. Debono)
II Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140. 1. Oh Cean (P. Galea) Ħin – 2.36.1” (1.12.9”) 2. Heineken (R. Magro) 3. Conungen T.T. (R. Gatt) 4. Onas Sabina (M. Debono)
III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Dats Trixi (R. Gatt) Ħin – 2.39.5” (1.14.5”) 2. Mountainous (M. Bonnici) 3. Celeste Bryne (J. Farrugia) 4. Booker’s (Cherise Farrugia)
IV Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Summit By Proxy (M. Refalo) Ħin – 2.41.1” (1.15.3”) 2. Nash Mom (Ch. Gauci) 3. Gone (R. Gatt) 4. Across The World (G. Calleja)
V Tiġrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Imperial Du Stade (R. Gatt) Ħin – 3.23.2” (1.17”) 2. Imprudent (C. Calleja) 3. Igame Merite (D. Baldacchino) 4. Lendama (J. Scerri) 5. Java De Beauvron (M. Grech)
VI Tiġrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Iona Cayennaise (J. Gafa’) Ħin – 3.23” (1.16.9”) 2. Laos De Banville (P. Galea) 3. Kaptain Luck (R. Gatt) 4. Invite De Star (J. Zahra) 5. Halex Dark (C. Caruana)
VII Tiġrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Kador Du Dancing (E. Attard) Ħin – 3.21.4” (1.16.3”) 2. Jackpot D’Axel (R. Gatt) 3. Hercule Des Pres (P. Galea) 4. Hodosis (N. Barbara) 5. Kikuka Okina (Cherise Farrugia)
VIII Tiġrija. Heat Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Jorge Arthur (J. Gafa’) Ħin – 3.18” (1.15”) 2. Ipso Du Fer (Cherise Farrugia) 3. Kado D’Occagnes (G.L. Grech) 4. Filou Riezais (C. Vassallo)
IX Tiġrija. Heat Prix De Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Gaspar D’Angis (R. Gatt) Ħin – 3.13.8” (1.13.4”) 2. Kool Des Champs (C. Caruana) 3. Gershwin De Chenu (N. Baldacchino) 4. Galant De Bruyere (R. Briffa) 5. Forban (Cherise Farrugia) 6. Galba Ringeat (J. Schembri)
X Tiġrija. Heat Prix De Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Fameux Sax (N. Baldacchino) Ħin – 3.15.7” (1.14.1”) 2. Heros Des Mottes (Ch. Camilleri) 3. Hermes Express (J. Gafa’) 4. Fox Papa Tango (A. Grech) 5. Granit Du Fresne (M. Cauchi) 6. Idem Jihem (D. Farrugia)
XI -il Tiġrija. Heat Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Golden Age (R. Gatt) Ħin – 3.19.6” (1.15.6”) 2. It’s Eagle Coglais (P. Galea) 3. Kronos (R. Magro) 4. Kyston Du Vernet (J.C. Pace)




