Sunday, November 22, 2026
Home Sport La Liga: Barcelona jirkupraw żvantaġġ ta’ żewġ goals u jdawru telfa f’rebħa

La Liga: Barcelona jirkupraw żvantaġġ ta’ żewġ goals u jdawru telfa f’rebħa

0
36

Barcelona kisbu rebħa drammatika ta’ 3-2 kontra Villarreal f’La Liga wara li rkupraw minn żewġ goals żvantaġġ.

Villarreal ħasdu lill-Katalani b’żewġ goals fl-ewwel seba’ minuti permezz ta’ Tajon Buchanan u Tani Oluwaseyi. Barcelona setgħu naqqsu d-distakk qabel il-mistrieħ, iżda Lamine Yamal falla penalty fit-23 minuta.

Fit-tieni taqsima, Gerard Martin naqqas l-iskor fis-57 minuta b’daqqa ta’ ras minn cross ta’ Pedri. Erba’ minuti wara, Fermin Lopez kiseb id-draw wara azzjoni maħduma minn Yamal.

Barcelona komplew jippressaw u fit-67 minuta kisbu l-goal deċiżiv meta Pau Navarro tefa’ l-ballun fix-xibka tiegħu stess minn cross ta’ Eric Garcia.

Villarreal ma rnexxilhomx jirreaġixxu, u spiċċaw b’10 players wara li Navarro tkeċċa fil-ħin miżjud.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here