Marc Marquez ġie nkurunat champion tad-dinja tal-MotoGP għat-tmien darba wara li kiseb it-tmien post fil-Grand Prix tal-Portugall, fiċ-ċirkwit ta’ Portimao, riżultat li kien biżżejjed biex jiżgura t-titlu tal-2026.
Is-sewwieq Spanjol tat-team Ducati Lenovo b’hekk laħaq lil-leġġenda Taljan, Giacomo Agostini, li wkoll rebaħ tmien titli fil-klassi Premier.
Marquez kellu jistenna sal-Ħadd biex jikkonferma s-suċċess tiegħu wara li kien waqa’ waqt l-iSprint Race tas-Sibt, meta kien qed jikklassifika fit-tielet post.
Il-GP tal-Portugall intrebaħ minn Marco Bezzecchi fuq Aprilia, quddiem sieħbu Jorge Martin, filwaqt li Raul Fernandez temm fit-tielet post.
Dan it-titlu kien partikolarment sinifikanti għal Marquez, li kellu jegħleb diversi diffikultajiet matul l-istaġun, fosthom injury fl-ispalla li kienet teħtieġ operazzjoni u li wasslitu biex jaqa’ 102 punt lura.
Minkejja dan, huwa rnexxielu jerġa’ jsib l-aħjar forma tiegħu u jikkonferma t-tmien titlu mondjali fil-karriera tiegħu.






