Sunday, November 22, 2026
Home Sport The Club Fitness Centre jikseb it-tieni post fil-kompetizzjoni tal-mixed relay f’Hyrox Poznan

The Club Fitness Centre jikseb it-tieni post fil-kompetizzjoni tal-mixed relay f’Hyrox Poznan

0
37

Mearaid Ciantar Brown, Jessica Caruana, Aaron Caruana u Nicholas Borg kisbu t-tieni post fil-kompetizzjoni tal-mixed relay f’Hyrox Poznan.

It-tim irreġistra ħin inkredibbli ta’ 56:55, b’The Club Fitness Centre jikkummenta li “riżultati bħal dawn ma jiġux b’kumbinazzjoni; huma frott ta’ dedikazzjoni bla waqfien, tħejjija intelliġenti u taħriġ f’ambjent maħluq għaċ-champions.”

Il-klabb saħaq li “l-faċilitajiet mill-aktar avvanzati ta’ The Club Arena jipprovdu lill-atleti kollha tagħna t-tagħmir, l-ispazju u l-kundizzjonijiet meħtieġa biex jimbuttaw il-limiti tagħhom u jiksbu prestazzjoni ta’ livell għoli bħal din dakinhar tat-tiġrija.”

Il-klabb feraħ “lit-tim kollu għal dan is-suċċess fenomenali,” u żied jgħid li “l-kowċ Julian Briffa ma jistax ikun aktar kburi bid-determinazzjoni, it-teamwork u l-passjoni li wrejtu llum fuq il-post tal-kompetizzjoni.”

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here