Sunday, November 22, 2026
Home Sport Melania Bajada ssejjaħ 23 player għal training camp tat-team nazzjonali Malti tat-Tfajliet...

Melania Bajada ssejjaħ 23 player għal training camp tat-team nazzjonali Malti tat-Tfajliet U19

0
32

Il-coach nazzjonali tat-team Malti tat-Tfjaliet ta’ taħt id-19-il sena, Melania Bajada, sejħet 23 player għal training camp li se jsir bejn it-Tnejn 30 ta’ Novembru u s-Sibt 5 ta’ Diċembru 2026.

Dan il-kamp ta’ taħriġ jagħmel parti mill-preparamenti kontinwi tat-team wara l-parteċipazzjoni tiegħu fl-ewwel round ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew, f’Ottubru li għadda. Malta temmet fit-tielet post fi Grupp B6, fejn kisbet erba’ punti mill-partiti tagħha wara li kisbet draw kontra r-Rumanija u rebħa importanti kontra l-Kazakhstan.

Il-ġimgħa ta’ taħriġ li jmiss se tagħti lil Bajada u lill-istaff tekniku tagħha opportunità importanti biex ikomplu jevalwaw lill-players, isegwu l-progress tagħhom u jkomplu jaħdmu fuq l-iżvilupp tat-team. Din se tkun ukoll opportunità għall-iskwadra biex tibni fuq l-esperjenza miksuba fl-ewwel round tal-kwalifikazzjoni, filwaqt li tkompli żżomm ir-ritmu u l-momentum qabel l-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni.

Peress li t-tlugħ tal-poloz għar-round li jmiss tal-kwalifikazzjoni huwa skedat għad-9 ta’ Diċembru, dan il-kamp ta’ taħriġ jirrappreżenta pass importanti biex it-team ikompli bil-preparamenti tiegħu u jkun lest għall-isfidi li għandu quddiemu.

L-iskwadra magħżula hija din:

Goalkeepers: Maya Muscat (Hibernians), Katelyn Camilleri (Żabbar St Patrick).

Difensuri: Kristina Zammit (Valletta), Amber Galea (Hibernians), Edeson Grixti (Hibernians), Krista Sacco (Birkirkara), Nina-Lee Naudi (Sampdoria, Italja), Olivia Mae Taylor (San Ġwann), Cassidy Delia (Hibernians), Thais Muscat (San Ġwann), Kesia Farrugia (Valletta), Martina Mendez Vasquez (Hibernians), Amie Marta Portelli (Birkirkara).

Midfielders: Alanah Ghio (Hibernians), Pearl May Schembri (Mġarr United), Kay Axiak (Valletta), Olivia Nazarko (Hibernians), Elanya Mallia (Mġarr Siġġiewi), Amy Muscat (Birkirkara), Martina Montebello Caruana (Birkirkara).

Attakkanti: Lisa Calleja (Hibernians), Katrine Jorgensen (Hibernians), Shanaia Mifsud (San Ġwann).

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here