Real Madrid ħabbru dħul operattiv rekord ta’ €1.221 biljuni għas-sena finanzjarja 2025–26, u saru l-ewwel organizzazzjoni sportiva li qabżet il-limitu ta’ €1.2 biljun.
Il-club Spanjol irreġistra żieda ta’ 3.1% fid-dħul, filwaqt li għamel profitt nett ta’ €26.3 miljuni. B’hekk, il-Madrileni komplew jirreġistraw profitt għal 26 sena finanzjarja konsekuttiva.
Parti sostanzjali minn dan it-tkabbir ġiet mir-rinnovazzjoni tal-ground Santiago Bernabeu u mill-attivitajiet kummerċjali tal-club. Id-dħul mill-marketing laħaq €539 miljun, filwaqt li dak mill-istadium żdied bi 11% għal €363 miljun.
Il-president Florentino Perez ippreżenta wkoll il-baġit għall-istaġun 2026–27, li jipprevedi dħul ta’ €1.25 biljun.
Dawn ir-riżultati jkomplu jsaħħu l-pożizzjoni ta’ Real Madrid bħala wieħed mill-aktar clubs finanzjarjament b’saħħithom fid-dinja.





