Marco Amelia sellem lil Hamrun Spartans permezz ta’ messaġġ ta’ ringrazzjament fuq il-media soċjali wara t-tluq tiegħu mill-club fil-jiem li għaddew biex minfloku nħatar l-eks coach ta’ Floriana, il-Portugiż.
Amelia rringrazzja lis-sid, lill-kumitat, lill-players, lill-istaff tekniku u mediku, lill-akkademja u, fuq kollox, lill-partitarji għall-appoġġ tagħhom matul l-esperjenza tiegħu.
Huwa ddeskriva ż-żmien tiegħu ma’ Ħamrun bħala esperjenza sabiħa u emozzjonanti, u esprima sodisfazzjon li telaq wara 9 logħbiet konsekuttivi mingħajr telfa. Fost l-isbaħ memorji tiegħu semma r-rebħa kontra r-rivali eterni, Valletta, dik ta’ nhar il-25 ta’ Ottubru, li għadda, bl-iskor ta’ 2-1.
Amelia sostna li se jibqa’ jgħożż dawn il-mumenti għal ħajtu kollha, filwaqt li awgura lill-club kull suċċess għall-futur u rringrazzja lil dawk kollha li kienu parti minn din l-esperjenza.




