Żagħżugħ iweġġa’ gravi wara li daħal ġo ħajt bil-karozza

Aqra wkoll

Tork ta’ 28 sena, residenti San Pawl il-Baħar, sofra ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tat-3:00 ta’ dalgħodu fi Triq l-Imrabat, Tas-Sliema.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li Tork ta’ 23 sena, residenti Tas-Sliema, tilef il-kontroll tal-BMW li kien qed isuq u ħabat ma’ ħajt.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet liż-żewġt irġiel l-Isptar Mater Dei. Il-passiġġier ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi, filwaqt li l-kundizzjoni tax-xufier għadha pendenti.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport