Sunday, November 22, 2026
Home Sport Arsenal imħassba dwar l-injury ta’ David Raya

Arsenal imħassba dwar l-injury ta’ David Raya

0
24

Arsenal jinsabu mħassba dwar il-kundizzjoni tal-goalkeeper David Raya wara li weġġa’ spalltu fid-draw ta’ 2-2 kontra Newcastle United. L-Ispanjol kellu jinbidel fis-70 minuta wara kuntatt mal-attakkant William Osula waqt corner, biex postu ħadu Kepa Arrizabalaga.

Il-manager Mikel Arteta kkonferma li Raya se jagħmel MRI biex jiġi stabbilit kemm hi serja l-injury. L-assenza possibbli tiegħu se tkun daqqa ta’ ħarta għal Arsenal, li għandhom programm impenjattiv quddiemhom, b’konfronti importanti fil-Premier League u fiċ-Champions League.

Għalissa, il-club qed jistenna r-riżultati tat-testijiet mediċi biex ikun jaf kemm se jdum barra mill-azzjoni.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here