Sunday, November 22, 2026
Home Sport Serie A: Donyell Malen jiskorja erba’ goals fir-rebħa ta’ Roma fuq Parma

Serie A: Donyell Malen jiskorja erba’ goals fir-rebħa ta’ Roma fuq Parma

0
24

Roma kisbu rebħa kbira ta’ 5-1 barra minn darhom kontra Parma, f’partita li fiha Donyell Malen spikka b’erba’ goals biex it-team tiegħu kiseb ir-raba’ rebħa konsekuttiva fis-Serie A.

Malen fetaħ l-iskor fid-39 minuta b’konklużjoni preċiża, iżda Parma kisbu d-draw fl-54 minuta permezz ta’ Nesta Elphege.

Madankollu, Roma rreaġixxew u Malen reġa’ poġġiehom fil-vantaġġ fit-68 minuta. Rodrigo Mora żied it-tielet goal tliet minuti wara, qabel Malen għaqqad il-hat-trick fis-77 minuta.

L-attakkant Olandiż issiġilla l-erba’ goals personali tiegħu fid-90 minuta, biex ikkonferma s-supremazija ta’ Roma.

B’din ir-rebħa, Roma komplew isaħħu t-tamiet tagħhom fil-ġlieda għall-ogħla postijiet tal-klassifika.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here