Sunday, November 22, 2026
Home Sport Tennis – ATP Finals: Alcaraz jegħleb lil Shelton u jgħaddi għall-finali

Tennis – ATP Finals: Alcaraz jegħleb lil Shelton u jgħaddi għall-finali

0
20

Carlos Alcaraz kiseb postu fil-finali tal-ATP Finals f’Turin wara li għeleb lil Ben Shelton bl-iskor ta’ 3-6, 6-3, 7-6 (1), f’semi-finali missielta.

L-Amerikan beda tajjeb u rebaħ l-ewwel set 6-3, iżda Alcaraz irreaġixxa fit-tieni wieħed, fejn tejjeb il-logħba tiegħu u kiseb rebħa bl-istess skor.

Fit-tielet set, iż-żewġ players baqgħu viċin xulxin, iżda l-Ispanjol wera l-klassi tiegħu fit-tie-break, li rebaħ 7-1 biex issiġilla r-rebħa.

Alcaraz, li kien qed jilgħab b’faxxa ma’ siequ x-xellugija minħabba problema fil-hamstring, issa se jaffronta lil Alexander Zverev fil-finali tal-Ħadd, wara li dan għeleb lil Daniil Medvedev.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here