Saturday, November 21, 2026
Home Sport Premier League Ingliż: Arsenal miżmuma minn Newcastle United

Premier League Ingliż: Arsenal miżmuma minn Newcastle United

0
33

Newcastle United u Arsenal temmew fi draw ta’ 2-2 f’konfront missielta f’St James’ Park. Arsenal fetħu l-iskor fit-33 minuta permezz ta’ Eberechi Eze, wara azzjoni maħduma ma’ Kai Havertz.

Newcastle rreaġixxew fit-tieni taqsima u fid-49 minuta Harvey Barnes kiseb id-draw wara azzjoni mibdija minn William Osula. Il-Magpies komplew jinsistu u fit-62 minuta Malick Thiaw poġġiehom fil-vantaġġ wara azzjoni minn corner.

Arsenal għamlu reazzjoni u fit-78 minuta Noni Madueke kiseb id-draw b’xutt b’saħħtu u preċiż.

Minkejja l-isforzi taż-żewġ timijiet fl-aħħar minuti, ir-riżultat baqa’ 2-2. B’dan id-draw, Arsenal tilfu l-opportunità li jkabbru l-vantaġġ fil-quċċata tal-Premier League, filwaqt li Newcastle setgħu jkunu sodisfatti bir-reazzjoni tagħhom wara l-mistrieħ.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here