Tottenham Hotspur irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Ipswich Town bl-iskor ta’ 2-0 f’partita li fiha spikka ż-żagħżugħ Luca Williams-Barnett.
L-attakkant ta’ 18-il sena fetaħ l-iskor fil-15-il minuta wara cross ta’ Pedro Porro, biex poġġa lil Spurs fil-vantaġġ.
Tottenham komplew jiddominaw u fil-51 minuta rduppjaw permezz ta’ Dominic Solanke, li kkonkluda mill-viċin wara azzjoni mibdija minn Williams-Barnett.
Ipswich ippruvaw jirreaġixxu iżda sabu lid-difiża ta’ Tottenham organizzata tajjeb.
Williams-Barnett ħalla l-ground fl-64 minuta fost l-applawsi tal-partitarji wara wirja mill-aqwa fl-ewwel dehra tiegħu bħala titular fil-Premier League.
Din kienet it-tielet rebħa konsekuttiva ta’ Tottenham f’darhom fil-kampjonat, filwaqt li Ipswich komplew isofru minn sensiela negattiva ta’ ħames logħbiet mingħajr rebħa.





