Saturday, November 21, 2026
Home Sport Malta Premier League: Floriana jegħlbu lir-rivali eterni u jiftħu beraħ il-kampjonat

Malta Premier League: Floriana jegħlbu lir-rivali eterni u jiftħu beraħ il-kampjonat

0
34
Ritratt: Mark Mangion

Minn Cristian Muscat

VALLETTA………….. 1

FLORIANA…………. 2

Fil-Malta Premier League, Floriana għelbu lir-rivali eterni Valletta bl-iskor ta’ 2-1 biex fetħu beraħ l-Opening Round.

Floriana kisbu rebħa importanti fuq Valletta f’konfront li offra diversi emozzjonijiet, azzjonijiet perikolużi u opportunitajiet fuq iż-żewġ naħat, biex ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1.

Kienu Valletta li bdew aħjar u wara biss erba’ minuti Andrea Zammit kellu żewġ tentattivi konsekuttivi salvati mill-goalkeeper ta’ Floriana Guilherme Cioletti. Brandon Paiber ukoll resaq viċin fis-22 minuta b’xutt mid-distanza li ntemm ftit barra.

Floriana wieġbu fis-26 mi­nuta permezz ta’ Yasmine Jbirra, iżda l-vantaġġ wasal wara nofs siegħa logħob meta rebħu penalty. Paul Mbong ħa r-responsabbiltà u mill-11-il metru ma żbaljax.

Ir-risposta ta’ Valletta kie­net immedjata hekk kif fit-33 minuta Alex De Aguilar Gomes ġab l-iskor indaqs b’daqqa ta’ ras preċiża wara azzjoni ta’ corner minn Roko Prsa.

Valletta komplew jippressaw u qabel il-mistrieħ De Aguilar Gomes kellu tentattiv ieħor salvat b’mod brillanti minn Cioletti. Min-naħa l-oħra, Floriana kienu sfortunati meta x-xutt ta’ Mbong fil-ħin miżjud ħabat mal-wieqfa.

Fit-tieni taqsima, Valletta reġgħu ħarġu aggressivi u Prsa kellu daqqa ta’ ras li għaddiet ftit barra. Floriana wieġbu permezz ta’ Gonzalo Romano, iżda l-konklużjoni tiegħu ġiet salvata minn Adilson Maringa.

Valletta komplew ifittxu l-goal u Thaylor Aldama kellu x-xutt tiegħu salvat minn Cioletti, filwaqt li s-sostitut Ignacio Manuel Morello laqat ix-xibka minn barra.

Madankollu, kontra x-xejra tal-logħob, fit-78 minuta, Floriana reġgħu marru fil-vantaġġ. Kenan Dervisa­gic qass­am lejn Carlo Zammit Lonardelli, li mill-viċin ma żbaljax.

Valletta ppruvaw ifittxu l-goal tad-draw, iżda x-xutt ta’ Petar Sekulovic spiċċa għoli.

Floriana setgħu għalqu l-partita fid-89 minuta, iżda Stephen Odey falla ċans taj­jeb minn pożizzjoni favorevoli.

Fl-aħħar mill-aħħar, Floriana wrew aktar effiċjenza fil-mumenti deċiżivi u ħadu tliet punti importanti minn konfront li Valletta wkoll kellhom diversi opportunitajiet biex joħorġu minnu b’riżultat aħjar.

Valletta: Adilson Maringa, Mattias Ellul, Ermin Bicakcic (Neil Anthony Micallef 67), Andrea Zammit (Keyon Ewurum 55), Brandon Paiber, Diogo Tavares (Ignacio Manuel Morello 55), Roko Prsa, Petar Sekulovic, Alex De Aguilar Gomes (Bruno Gomes De Oliveira 55), Emmanuel Moise Mbende, Thaylor Aldama – Coach: Thane Micallef

Floriana: Guilherme Cioletti, Amar Drina (Kenan Dervisagic 64), Paul Mbong, Federico Varela, Alen Kurtalic, Manuel Romano Gaston, Owen Spiteri, Nicolas Delmonte, Carlo Zammit Lonardelli, Yassien Jbira, Stephen Odey   – Coach: Carlos Ferrer

Referee: Matthew Degabriele

assistenti: Jurgen Spiteri, Mit­chell Scerri

Raba’ Uff.: Joseph Scerri

Skorers: P. Mbong pen. 31, C. Zammit Lonardelli 78 (F), A. De Aguilar Gomes 33 (V)

Ammoniti: E. M. Mbende (V), Y. Jbira (F)

Player tal-Logħba: Carlo Zammit Lonardelli (F)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here