Saturday, November 21, 2026
Home Sport Serie A: Lazio jegħlbu lil Lecce u jkabbru l-vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika

Serie A: Lazio jegħlbu lil Lecce u jkabbru l-vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika

0
28

Lazio kisbu rebħa konvinċenti ta’ 3-0 kontra Lecce fi Stadio Olimpico biex komplew isaħħu l-pożizzjoni tagħhom fis-Serie A.

Tijjani Noslin kien il-protagonist ewlieni wara li skorja darbtejn. L-attakkant Olandiż fetaħ l-iskor fil-25 minuta b’daqqa ta’ ras wara cross ta’ Gustav Isaksen.

Noslin irdoppja fit-68 minuta wara azzjoni mibdija minn Kenneth Taylor, li qassamlu l-ballun bit-takkuna biex l-attakkant jikkonkludi b’xutt preċiż.

Davide Frattesi żied it-tielet goal fid-90 minuta biex issiġilla r-rebħa għal Lazio, li wrew superjorità matul il-partita kollha. Lecce ftit li xejn irnexxielhom jheddu lill-avversarji u ħarġu mill-kapitali Taljana mingħajr punti.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here