Manchester United qed juru interess fl-attakkant Niġerjan Victor Osimhen, li jista’ jkun wieħed mill-ewwel akkwisti ewlenin ta’ Mauricio Pochettino f’Old Trafford.
Skont rapporti fil-midja Ingliża, l-attakkant ta’ Galatasaray huwa interessat li jilgħab fil-Premier League u lest jikkunsidra offerta mingħand United.
Osimhen, li għandu kuntratt sal-2029, huwa stmat bejn £80 miljun u £100 miljun. Madankollu, Galatasaray mhux mistennija jċedu faċilment wieħed mill-aqwa players tagħhom f’nofs l-istaġun.
L-attakkant ta’ 27 sena skorja 37 goal fl-ewwel staġun tiegħu fit-Turkija u għadu juri l-kwalitajiet tiegħu din is-sena.
Pochettino qed ifittex attakkant ta’ esperjenza biex isaħħaħ l-offensiva ta’ United. Madankollu, għad m’hemm l-ebda ftehim bejn iż-żewġ clubs u trasferiment f’Jannar jidher diffiċli.




