Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ħabbar regoli ġodda dwar l-użu u l-ipproċessar taċ-ċekkijiet, li se jidħlu fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2027.
Fost il-bidliet ewlenin hemm li:
- – Iċ-ċekkijiet iridu jkunu ta’ mill-inqas €50.
- – Iċ-ċekkijiet se jibqgħu validi għal tliet xhur minflok sitt xhur.
- – Iċ-ċekkijiet ma jistgħux jibqgħu jissarrfu fi flus kontanti għand il-kaxxiera, iżda jridu jiġu ddepożitati f’kont bankarju.
- – Ċekkijiet tal-Bank Ċentrali jew tal-istess bank, jekk jiġu ddepożitati għand il-kaxxiera, ikunu disponibbli minnufih; jekk jiġu ddepożitati permezz ta’ ATM, il-flus ikunu disponibbli sa tmiem il-jum tax-xogħol ta’ wara.
Il-Bank Ċentrali qed ifakkar ukoll li min joħroġ ċekk irid jiżgura li jkollu biżżejjed fondi fil-kont tiegħu. Wara sitt twissijiet dwar ċekkijiet mhux imħallsa, il-bank jista’ jirtira l-ktieb taċ-ċekkijiet.
Dawn il-bidliet huma parti mid-Direttiva Nru 19 tal-Bank Ċentrali ta’ Malta.
