Saturday, November 21, 2026
Home Sport Premier League Ingliż: Chelsea umiljati f’darhom minn Leeds United 

Premier League Ingliż: Chelsea umiljati f’darhom minn Leeds United 

0
27

Leeds United kisbu rebħa impressjonanti ta’ 4-1 fuq Chelsea fi Stamford Bridge, f’riżultat li kompla jżid il-pressjoni fuq il-coach Xabi Alonso.

Chelsea fetħu l-iskor fil-25 minuta permezz ta’ Emmanuel Emegha, iżda Noah Okafor kiseb id-draw tliet minuti wara.

Fit-tieni taqsima, Leeds ħadu l-kontroll tal-partita u fil-53 minuta Dominic Calvert-Lewin skorja minn penalty biex poġġa lit-team tiegħu fil-vantaġġ. Ħames minuti wara, Okafor skorja t-tieni goal personali tiegħu biex għamilhom 3-1.

Chelsea fallew milli jsibu reazzjoni, u fil-ħin miżjud Brenden Aaronson għalaq ir-rebħa b’goal biex għamel l-iskor 4-1.

Din kienet l-ewwel rebħa ta’ Leeds fil-kampjonat fi Stamford Bridge mill-1999, filwaqt li Chelsea sofrew it-tielet telfa fl-aħħar erba’ logħbiet tal-Premier League.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here