Fis-Serie A, Juventus irritornaw għar-rebħ b’mod konvinċenti meta għelbu lil Venezia bl-iskor ta’ 4-0 fl-Allianz Stadium, bil-goals kollha jaslu fit-tieni taqsima.
Wara taqsima mingħajr goals, il-Bianconeri fetħu l-iskor fit-53 minuta permezz ta’ Nick Woltemade, li kkonkluda b’xutt mill-viċin. Sitt minuti wara, Teun Koopmeiners irdoppja l-vantaġġ wara azzjoni personali ta’ Woltemade.
Juventus komplew jiddominaw u fil-65 minuta Juan Cabal għamilhom 3-0 b’daqqa ta’ ras wara cross ta’ Edon Zhegrova. Fil-71 minuta, is-sostitut Randal Kolo Muani ssiġilla r-rebħa minn penalty wara li twaqqa’ fil-kaxxa.
Venezia ppruvaw isibu goal ta’ konsolazzjoni, iżda John Yeboah laqat il-lasta fil-ħin miżjud.
Din ir-rebħa kienet speċjali għal Luciano Spalletti, li ċċelebra s-600 partita tiegħu bħala coach fis-Serie A bi prestazzjoni konvinċenti mill-players tiegħu.





