Sunday, November 22, 2026
Home Sport Malta Premier League: Għaliex il-coach ta’ Floriana ġie ammonit mingħajr ma kkommetta...

Malta Premier League: Għaliex il-coach ta’ Floriana ġie ammonit mingħajr ma kkommetta l-ebda offiża?

0
64

Lejn tmiem il-partita tal-Malta Premier League bejn Valletta u Floriana li fiha l-Greens ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1, il-coach ta’ Floriana, l-Ispanjol Carlos Alos Ferrer, intwera l-karta s-safra mir-referee Matthew Degabriele mingħajr ma għamel l-ebda offiża. 

Dan minħabba li kien hemm inċident fejn persuna miż-żona teknika ta’ Floriana tefgħet ballun apposta fil-ground tal-logħob bl-intenzjoni li jfixkel il-logħob hekk kif Valletta kienu qed jippressaw għall-goal tad-draw. 

Iżda f’dan il-każ, ma kienx possibbli li jiġi identifikat il-”ħati” min wettaq din il-offiża.

Għaldaqstant, kif stipulat fir-regoli tal-logħba, meta l-persuna responsabbli ta’ irregolaritá  ma tkunx tista’ tiġi identifikata, ir-referee għandu juri l-karta safra lill-coach ewlieni preżenti fiż-żona teknika!!

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here