Sunday, November 22, 2026
Home Sport Malta Premier League: Riżultat ta’ draw li ma kkuntenta lil ħadd

Malta Premier League: Riżultat ta’ draw li ma kkuntenta lil ħadd

0
29
Ritratti: Mark Mangion

HAMRUN SPARTANS………….0

SLIEMA WANDERERS………. 0

Hamrun Spartans u Sliema Wanderers temmew fi draw ta’ bla goals f’konfront li offra diversi azzjonijiet offensivi u opportunitajiet ta’ skor miż-żewġ naħat, iżda li fih il-goalkeepers u d-difiżi rnexxielhom iżommu l-’bibien magħluqa’.

Sliema ħolqu l-periklu wa­ra biss tliet minuti meta Brian Gambarte pprova xutt mid-distanza li ġie milqugħ mingħajr diffikultàminn Francisco Celio da Paz. Hamrun wieġbu permezz ta’ Rafael Compri, li pprova jservi lil Lucas Villela, iżda l-attakkant Brażiljan ma rnexxilux jasal fil-ħin.

Fit-12-il minuta Ryan Ca­menzuli pprova xutt minn barra l-kaxxa iżda spiċċa barra. Fis-16-il minuta, Camenzuli qassam ballun tajjeb lil Villela, li ra t-tentattiv tiegħu salvat minn Henry Bonello. L-aħjar ċans ta’ Ħamrun wasal fil-21 minuta meta Shasien Attard irċieva cross minn fuq ix-xellug, iżda Alex­ander Satariano rnex­xielu jikklerja l-ballun minn fuq il-linja fatali.

Sliema wieġbu permezz ta’ Limbombe u Gambarte, li x-xutt tiegħu ġie ddevjat f’corner. Ftit wara, Limbombe laqat il-lasta minn tarf il-kaxxa u Sebastian Cojocaru tefa’ r-rebound fix-xib­ka. Madankollu, ir-refe­ree Fyodor Zammit ħassar il-goal minħabba pożizzjoni ta’ offside tar-Rumen. Qabel il-mistrieħ, Villela resaq viċin li jiftaħ għal Hamrun l-iskor b’daqqa ta’ ras minn cross ta’ Compri.

Fil-bidu tat-tieni taqsima Attard ipprova xutt qawwi mid-distanza, filwaqt li Sliema kellhom opportunità oħra meta żball ta’ Da Paz wassal biex Wale Musa Alli jgħaddi lejn Cojocaru li iżda, falla l-mira. Min-naħa l-oħra, Camenzuli pprova jis­frutta azzjoni mibdija minn Bjeli­cic u Guillaumier, iżda Bonello dawwar it-tentattiv tiegħu f’corner.

Il-partita kompliet tkun karatterizzata minn diversi appelli għall-intervent tal-Football Video Support. Hamrun talbu penalty wara allegat hands ta’ Gustavo Alcino, iżda t-talba tagħhom ġiet miċħuda. Sliema wkoll appellaw għal penalty wara kuntatt bejn Emerson Marcelina u Cojocaru fil-kaxxa, iżda l-uffiċjal Zammit ma qabilx mat-talba tagħhom.

Lejn it-tmiem, Ħamrun komplew ifittxu l-goal tar-reb­ħa. Vincenzo Polito pprova jikkonkludi b’daqqa ta’ ras minn free-kick ta’ Ognjen Bjelicic, iżda l-ballun ġie devjat f’corner.

Fil-ħin miżjud, l-Ispartans appellaw għal penalty wara li s-sostitut Damir Ceter allegatament ġie mwaqqa’ minn Alcino fil-kaxxa, iżda wara l-veri­fiki meħtieġa, Zammit reġa’ ċaħad it-talba.

Hamrun S.: Da Paz Silva Filho Francisco Celio, Rafael Petrilio Compri, Matthew Guillaumier, Shaisen Attard, Iapert Lucas Villela (Damir Ceter Valencia 67), Vincenzo Polito, Ognjen Bjelicic, Kean Scicluna (Jack Ipalibo 9), Marcelo Caua Aguiar de Alves (Gonzalo Nicolas Virano 86), Emerson Marcelina, Ryan Camenzuli.  – Coach: Daniel Portela

Sliema W.: Henry Bonello, Teddy Teuma, Brian Ariel Gambarte (Diego Camara Calleja 85), Gustavo Alcino, Anthony Limbombe Ekango (Nikolaos Karelis 85), Christ Sarkodje Kouadio (Nikolai Micallef 85), Alexander Satariano, Ionut Sebastian Cojocaru, Wale Musa Alli (Mohamed Abdulahi Awad 77), Robin Polley, Steven Pisani – Coach: Branko Nisevic

Referee: Fyodor Zammit

assistenti: Mark Ciantar, Robert Curtis

Raba’ Uff.: Daniel Casha

Ammoniti: T. Teddy, A. Satariano, Robin Polley (SW); D. Valencia (HS)

Player tal-Logħba: Ryan Camenzuli (Hamrun Spartans)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here