Tliet irġiel mill-Ġorġja sofrew ġrieħi serji wara ħabta bejn żewġ vetturi fi Vjal l-Avjazzjoni, Ħal Luqa, ilbieraħ għall-ħabta tas-6:30 ta’ filgħaxija.
Fl-inċident kienu involuti Citroen E-C3 AirCross misjuqa minn raġel ta’ 44 sena residenti Wied il-Għajn u Honda Fit misjuqa minn Ġorġjan ta’ 44 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Fis-Citroen kien hemm ukoll żewġ Ġorġjani ta’ 43 u 44 sena, it-tnejn residenti Ħal Luqa.
Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili u timijiet mediċi, filwaqt li l-erba’ persuni involuti ttieħdu l-Isptar Mater Dei. It-tliet Ġorġjani ġew iċċertifikati bi ġrieħi serji, filwaqt li x-xufier l-ieħor sofra ġrieħi ħfief.
Il-Maġistrat Joe Mifsud ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

