Monday, November 23, 2026
Home Bloggers PROPOSTI TA’ INVESTIMENT

PROPOSTI TA’ INVESTIMENT

0
30

PROPOSTI TA’ INVESTIMENT

Jista’ jkun li dawn is-snin pjuttost twal li matulhom taħt gvernijiet Laburisti l-ekonomija tagħna ġarrbet rati ta’ tkabbir bla preċedent qed inessuna realtà li bla dubju, għadha hemm: kemm hi sfida kbira biex toħloq proġetti ta’ investiment produttiv f’pajjiżna.

M’għandniex suq intern, lanqas materja prima, waqt li s-snajja u l-ħiliet tagħna f’ħafna setturi għad jonqoshom it-taħriġ. Fis-snin 60 tas-seklu l-ieħor, wara l-Indipendenza, ġew reġistrati xi investimenti li taw fis-snin ta’ wara riżultati inkuraġġanti. Telqu l-proposti ta’ investiment fis-setturi tat-tessili u l-produzzjoni tal-ħwejjeġ, li ppernjaw fuq il-kompetittività u l-flessibiltà tal-ħaddiema Maltin. Il-proċess ikkarga fis-snin 70. Kull proposta biex tkun fattibbli, riedet tegħleb id-diffikultajiet li joħorġu direttament mill-qagħda tal-gżejjer tagħna. F’ħafna każi konna niddependu fuq id-deċiżjoni li ħadu investituri barranin li kellhom kontroll fuq il-materja prima, it-teknoloġija u s-swieq.

Iva, dawn il-komplikazzjonijiet insejnihom minħabba l-predominanza tas-servizzi fl-ekonomija tagħna matul l-aħħar snin. Imma hemm għadhom.

FUQ IR-RONDA

Xi snin ilu tħabbar li l-pulizija se jibdew programm li bih, fuq bażi regolari, membri tal-korp se jimxu u jagħmlu preżenza regolari, jum wara jum, fit-toroq tad-distrett fejn tinsab l-għassa tagħhom. Kienet inizjattiva tajba ħafna li rabtet sew ma’ kif fl-imgħoddi l-pulizija kienu jitqiesu popolarment bħala l-aqwa sostenn taċ-ċittadini. Fix-xhur ta’ wara, ingħatajna diversi notizzji dwar kif il-proġett inxtered minn komunità għal komunità. Dan kien metodu tajjeb kif il-proġett jitwettaq. Minflok kollox isir f’daqqa kullimkien, u jispiċċa jogħtor, pass wara l-ieħor mill-esperjenza miksuba, kien se jinfirex man-nazzjon.  

Imbagħad donnu ma smajna xejn aktar. Jew forsi ma ndunajtx jien…? għalkemm dan l-aħħar qrajt rapport dwar aġent tal-pulizja li kien fuq ix-xena l-Belt meta xi ħallelin inqabdu jeżerċitaw is-sengħa tagħhom fuq bwiet in-nies.

KEMM ILHOM?

Interessanti l-misteru, jekk se nsejħulu hekk, dwar kemm ilhom in-nies joqogħodu f’dawn il-gżejjer. Riċerkaturi jsostnu li skont sejbiet riċenti tagħhom, l-umani waslu f’dawn il-gżejjer mal-elf sena qabel iż-żmien li kien jiġi stmat. Jidher li kellhom dgħajjes li setgħu jaqsmu minn fuq il-baħar ta’ bejn Malta u Sqallija. Kellhom il-kuraġġ li jagħmlu t-traġitt bil-għodod primittivi ta’ qdif (u forsi qlugħ) li kienu jipposjedu.

Kull ma nistgħu nkunu nafu dwarhom ġej mill-iskavi li għadhom qed isiru. Xejn dwar kif kienu jgħixu minn jum għal jum. Ftit li xejn dwar fejn kienu joqogħodu eżatt. Anqas u anqas dwar bhiex kienu jitkellmu bejniethom. U fiex kienu jemmnu… Imma kienu jgħixu f’Malta… Jaslu hawn bħala immigranti li ma jafux x’se jsibu… u jispiċċaw residenti…

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here