Sunday, November 22, 2026
Home Internazzjonali Arrestat baruni tad-droga Messikan li kien fost l-aktar imfittxija mill-FBI

Arrestat baruni tad-droga Messikan li kien fost l-aktar imfittxija mill-FBI

0
30

Baruni tad-droga Messikan, li kien fuq il-lista tal-10 kriminali l-aktar imfittxija mill-FBI, ġie arrestat wara sparatura mal-awtoritajiet Messikani.

Skont stqarrija maħruġa mis-Segretarjat tad-Difiża tal-Messiku, nhar il-Ġimgħa, Fausto Isidro “Chapo Isidro” Meza Flores u seba’ persuni oħra nżammu taħt arrest minn forzi speċjali Messikanu f’Guasave, fl-istat ta’ Sinaloa.

Ġie rrapportat kif f’din l-operazzjoni nqatlu seba’ suspettati, kif ukoll erba’ membri tal-armata Messikana li kienu qed jivvjaġġaw lejn Guasave biex isaħħu s-sigurtà.

Meza Flores kien imfittex fil-Messiku fuq akkużi relatati ma’ kriminalità organizzata, filwaqt li l-FBI akkużatu li “tefa’ kwantitajiet kbar ta’ droga fis-suq Amerikan.” L-Istati Uniti qiegħda titlob ukoll għall-estradizzjoni tiegħu.

Il-Messiku intensifikat l-isforzi tagħha biex tiġġieled il-kriminalità marbuta mad-droga wara li tpoġġiet taħt pressjoni mill-President tal-Istati Uniti Donald Trump minn meta reġa’ lura fil-White House.

Meza Flores, il-mexxej tal-organizzazzjoni Meza Flores, magħrufa wkoll bħala Guasave Cartel, huwa maħsub li allegatament ilu attiv fit-traffikar tad-droga mis-snin disgħin. Madankollu, huwa kien irnexxielu jevita lill-awtoritajiet billi żamm profil relattivament baxx.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here