Il-Prim Ministru Robert Abela jħabbar għotja ta’ €20,000 lill-MCCF waqt il-Mixja tal-President

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li se jingħataw €20,000 mill-Fond għall-Kawżi Soċjali lill-Malta Community Chest Fund (MCCF), waqt il-Mixja tal-President li saret dalgħodu.

Mijiet ta’ persuni ħadu sehem fil-mixja, li bdiet minn żewġ lokalitajiet differenti, il-Palazz ta’ Sant’Anton u Raħal Ġdid, bil-parteċipanti jiltaqgħu fil-Blata l-Bajda qabel komplew lejn il-Belt Valletta.

Fi Pjazza San Ġorġ, il-parteċipanti ġew indirizzati mill-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono, mill-Prim Ministru Robert Abela u mill-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg.

Fost dawk li ħadu sehem kien hemm ukoll atleti ta’ Special Olympics Malta u SportMalta, kif ukoll membri tal-Għaqda Każini tal-Baned.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport