Sunday, November 22, 2026
Home Uncategorized Tlieta jmutu wara nirien f’fabbrika fl-Indoneżja

Tlieta jmutu wara nirien f’fabbrika fl-Indoneżja

0
26

Minn tal-inqas tliet persuni tilfu ħajjithom u 36 oħra kienu għadhom irrapportati nieqsa wara li nirien ħakmu fabbrika fl-Indoneżja.

L-inċident seħħ is-Sibt waranofsinhar, bil-pumpiera komplew jissieltu man-nirien anke matul il-jum tal-Ħadd.

Sadanittant, il-ħaddiema tas-salvataġġ issoktaw bit-tfittxijiet f’partijiet differenti tal-binja li ġarrbu ħsarat estensivi, fejn huwa maħsub li xi ħaddiema kienu għadhom maqbuda qalb it-tifrik.

L-Aġenzija Nazzjonali Indoneżjana għat-Tiftix u s-Salvataġġ qalet li 15-il persuna salvaw filwaqt li erba’ oħra kellhom jittieħdu l-isptar u fi klinika lokali minħabba xi ġrieħi li sofrew.

Il-fabbrika tinsab fid-distrett ta’ Serang, fil-provinċja ta’ Banten, madwar 50 kilometru fil-Punent ta’ Jakarda. L-awtoritajiet għadhom ma stabbilixxewx il-kawża tan-nirien.

F’kummenti lill-midja, il-Gvernatur ta’ Banten, Andra Soni, qal li madwar 60 persuna kienu ġewwa l-fabbrika meta seħħ l-inċident.

Ritratti u filmati mill-post urew il-fabbrika kbira tinħakem minn nirien matul il-lejl, il-pumpiera jiġġieldu kontra n-nirien, u l-membri tas-servizzi ta’ emerġenza joħorġu mill-inqas katavru wieħed mit-tifrik il-Ħadd filgħodu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here