Saturday, November 21, 2026
Home Internazzjonali Todor Mitev (1926-2002)

Todor Mitev (1926-2002)

0
29

Todor Mitev, imlaqqam “Tocho”, twieled fis-26 ta’ Marzu 1926 fil-Bulgarija.  Fl-1947 huwa ssieħeb mal-moviment anarkist.  Huwa beda jistudja l-mediċina.  Meta kien arrestat mill-pulizija, huwa wissa lil sħabu li l-awtoritajiet kienu warajhom.

Bl-għajnuna ta’ sħabu, huwa rnexxielu jaqsam fl-1951 lejn il-Jugoslavja, iżda ntefa’ l-ħabs għax irrifjuta li jaħdem mar-reġim; huwa kompla jistudja l-mediċina.  Minħabba tfixkil mill-awtoritajiet, huwa u xi sħab qasmu l-fruntiera lejn l-Italja, iżda ntefa’ f’kamp ta’ internament fi Trieste.  Huwa rnexxielu jaħrab lejn Franza.

Huwa reġa’ beda jistudja.  Huwa ngħaqad mal-grupp editorjali tal-magazin anarkist “Noir et Rouge”.  Huwa kiteb artikli fuq l-immaniġġar ta’ intrapriżi fil-Jugoslavja, kritika tal-Marxiżimu, u difiża spirituża għal Mikhail Bakunin (1814-1876).

Fl-istess żmien kien f’kuntatt mal-moviment anarkist Bulgaru.  Bħala tabib huwa kkura lil Gueorgui Grigoriev (Balkanski) (1906-1996) u lil Ivan Ivanov Ratchev (1926-2009), it-tnejn anarkisti.  Huwa ħallas għall-funeral ta’ Balkanski, u flimkien ma’ ħbiebu, huwa ffotokopja x-xogħlijiet ta’ Ratchev u ddepożitahom fl-Istitut ta’ Storja Soċjali f’Amsterdam.

Huwa kien jgħin bħala tabib u wkoll billi ta għajnuna finanzjarja lill-kittieb Nikola Tanzerkov u lill-magazin “Iztok”, li kien jikkonċentra fuq anarkiżmu fl-Ewropa tal-Lvant.  Bi flusu huwa stampa fl-1993 ktieb fuq il-poeta Khristo Botev (1848-1876), rivoluzzjonarju anarkist, meqjus fil-Bulgarija bħala l-poeta nazzjonali.

Mitev kien maħbub ħafna fir-raħal fejn kien jaħdem ta’ tabib; kien iħobb il-mużika u l-letteratura; kien iħobb jiddiskuti fuq kull suġġett.

Todor Mitev marad bil-kankru f’moħħu u miet fis-17 ta’ Awwissu 2002 fi Franza.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here