Thursday, July 23, 2026
Home Aktar 1,000 jum mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia

1,000 jum mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia

0
668

Illum jaħbat l-1000 jum mill-assassinju tal-blogger Daphne Caruana Galizia u f’dan il-jum l-għaqda mhux governattiva Repubblika ma naqsitx milli tfakkar il-memorja tagħha.

Repubblika fi stqarrija maħruġa minnha sostniet li se tkompli bl-impenn tagħha biex toħroġ il-verità dwar il-qtil u tara li ssir ġustizzja.

Huma tennew jgħidu li se jkomplu dak li bdiet hi u jibqgħu jiġġieldu l-korruzzjoni.