Saturday, December 21, 2024

100,000 maskra bħala għajnuna mingħand il-gvern Ċiniż

Aqra wkoll

Se tingħata aktar protezzjoni lil dawk fis-servizz

Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista jitkellem waqt konferenza tal-aħbarijiet dwar għajnuna miċ-Ċina

Is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika Deo Debattista waqt id-diskors tiegħu f’konferenza tal-aħbarijiet dwar il-covid-19 tkellem dwar l-għajnuna li rċieva pajjiżna mingħand il-gvern Ċiniż.
Debattista qal li rċevejna 100,000 surgical masks biex jgħinuna fil-prevenzjoni kontra din il-pandmeija. Spjega li l-ħsieb hu li dawn jitqassmu lill-uffiċjali tal-armata, Pulizija, uffiċjali fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, membri mid-Dipartiment tal-Cleansing, u anke xi supermarket’s fejn ikun hemm bżonn.
Hu rringrazzja lil Julia Farrugia Portelli li bħala Ministeru għat-Turiżmu offriet l-finanzjament biex jinġiebu dawn il-maskri.
Debattista tenna jgħid li se nkomplu nsaħħu l-ħbiberija bejn il-poplu Malti u dak Ċiniż. Qal li dawn il-maskri jgħinu biex min ikollu xi sintomi ma jkomplix ixerred dan il-virus. Intant huwa żied jgħid li dawn mhumiex bullet proof jackets, iżda għodda li se tgħinna nnaqqsu t-tixrid tal-virus.

Ekonomija

Sport