Wednesday, April 24, 2024

105 persuni obeżi jistennew intervent fl-isptar Mater Dei

Aqra wkoll

Sal-aħħar ta’ Settembru li għadda kien hemm 105 persuni bil-kundizzjoni ta’ obeżità morbida jistennew li jsirilhom intervent fl-isptar Mater Dei.

Dan it-tagħrif ingħata mid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Dr Chris Fearne bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.

Fl-istess waqt, il-Ministru Fearne qal ukoll li hemm 2210 pazjenti li qed jistennew biex issirilhom opertazzjoni fl-iSpeċjalita tal-Kirurġija Ġenerali.

Għal mistoqsija parlamentari oħra din id-darba magħmula mid-Deputat Laburista Oliver Scicluna, il-Ministru tas-Saħħa  qal li minn  meta nfetħet il-Gender Wellbeing Clinic f’Novermbru 2018 sal-lum kien hemm 258 persuni li kienu riferuti għal din il-klinika biex jagħmlu valutazzjoni inizjali, bl-ikbar għadd ikun minn dawk li fittxew għajnuna psikjatrika.

Dwar servizzi li jingħataw f’din il-klinika, id-Deputat Prim Ministru sostna li kull klijent huwa meqjus b’mod individwali bi pjan ta’ kura imfassal minn tim multidixxiplinarju bilgħan li jiġu mtejba l-benesseri fiżiku u psikoloġiku tal-individwu.

Sa issa kien hemm 26 persuna li kienu ‘discharged’ minn dan is-servizz, b’10 persuni li riedu jwaqqfu l-proċess ta’ tranżizzjoni tal-ġeneru.

Sport