Saturday, May 4, 2024

Mourinho u Roma umiljati fin-Norveġja

Aqra wkoll

José Mourinho sofra waħda mill-agħar telfiet tal-karriera tiegħu, hekk kif Roma ġew umiljati b’mod inkredibbli 6-1 min-Norveġiżi Bodo Glimt, fl-Europa Conference League.

Il-Giallorossi riedu jżommu r-rekord perfett tagħhom fil-UEFA Conference League, iżda fl-istess waqt serrħu bosta plejers, speċjalment minħabba l-ħaxix sintetiku fin-Norveġja. Bryan Reynolds u Borja Mayoral għamlu d-debutt tagħhom. 

L-iskorers għal Bodo kienu Erik Botheim (8, 52), Patrick Berg (20), Ola Solbakken (71, 80) u Amahl Pellegrino (78). Għal Roma wieġeb Carles Perez (28). 

Sport