Monday, December 23, 2024

106 każ ġdid … jirkupraw 108 persuni

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mit-2,816 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa rriżultaw 106 każi ġdida ta’ persuni pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt il-Ministeru għas-Saħħa qal li rkupraw 108 persuna.

Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi f’pajjiżna huwa ta’ 1,937.

Intant bil-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi reġistrati lbieraħ kien hemm 23 każ ta’ persuni li rriżultaw pożittivi għall-virus wara li ġew f’kuntatt ma’ qarib tagħhom li diġà huwa pożittiv għall-Covid-19, 10 każi ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, żewġ każi ta’ persuni li ġew f’kuntatt dirett ma’ persuni diġà pożittivi, każ importat u żewġ każi minn attivitajiet soċjali.

https://www.facebook.com/sahhagovmt/posts/218296229888928
Ekonomija

Sport