Wednesday, July 22, 2026
Home Sport Tazza tad-Dinja tal-Waterpolo, Diviżjoni 2 – Malta tibda l-impenji b’telfa kontra Awstralja

Tazza tad-Dinja tal-Waterpolo, Diviżjoni 2 – Malta tibda l-impenji b’telfa kontra Awstralja

0
22
2024 European Water Polo Championship- Serbia-Malta

Malta bdiet l-impenji tagħha fit-Tazza tad-Dinja tal-Waterpolo, Diviżjoni 2, li qiegħda ssir proprju f’pajjiżna b’telfa ta’ 15-12 kontra l-Awstralja.

L-aqwa skorers għall-Maltin kienu l-captain Stevie Camilleri u Ivan nagaev li rreġistraw hat-trick personali, bil-goals l-oħra għal pajjiżna jaslu minn doppjetta personali ta’ Jeremy Abela u Sam Engerer, u goal kull wieħed għal Elijah Scehmbri u Jake Cachia.

Malta terġa’ tkun impenjata f’żewġ logħbiet oħra kontra l-Kazakstan u r-Rumanija rispettivament.

Dan l-avveniment qed isir grazzi għall-għajnuna finanzjarja ta’ SportMalta.