Monday, May 13, 2024

Azarenka tirtira f’nofs logħba minħabba l-ħajja personali

Aqra wkoll

Victoria Azarenka tgħid li l-ħajja personali tagħha kienet “estremament stressanti” fl-aħħar ġimgħat u li tilgħab fil-Miami Open kien “żball” wara li rtirat ħesrem mil-logħba  tagħha tat-tielet round.

Il-Belarussa kienet qed titlef 6-2 3-0 kontra Linda Fruhvirtova ta’ 16-il sena meta f’daqqa waħda temmet il-partita.

Azarenka, 32 sena, kienet qed tibki fil-court waqt it-telfa tagħha fit-tielet round f’Indian Wells aktar kmieni f’Marzu.

“Ma missnix immur fuq il-court llum,” qalet Azareka fi stqarrija.

Azarenka għajtet “għaliex jien hawn?” lejn il-box tal-coach tagħha waqt il-konfront kontra Fruhvirtova.

Wara 45 minuta logħob, f’daqqa waħda ħadet b’id l-avversarja tagħha u tal-umpire u ħarġet barra mill-court, minkejja li l-umpire qalilha biex tistenna lit-trainer.

Kien is-seba’ rtirar jew irtirar ta’ nofs it-tournament ta’ Azarenka fl-aħħar 14-il xahar.

“L-aħħar ġimgħat kienu estremament stressanti fil-ħajja personali tiegħi,” kitbet Azarenka fuq il-midja soċjali wara l-partita.

“L-aħħar logħba ħaditni ħafna, iżda ridt nilgħab quddiem udjenza kbira hekk kif għenuni nagħmel l-ewwel partita tiegħi.

“Xtaqt immur hemmhekk u nipprova iżda kien żball.”

Azarenka qabel tkellmet dwar battalja ta’ kustodja fit-tul fuq binha li llimitat il-ħin tal-logħob tagħha fl-2017 u fl-2018.

Atleti Belarussi u Russi bħalissa qed jikkompetu bħala newtrali fit-Tour tal-WTA u tal-ATP wara l-invażjoni tar-Rus­sja tal-Ukrajna.

“Dejjem inħares ‘il quddiem għall-isfida u l-pressjoni tal-kompetizzjoni, iżda llum kienet wisq. Irrid u se nitgħallem minn dan,” żiedet Azarenka.

Sport