Monday, December 23, 2024

Ibburjdar: Calypso jirbaħ il-Camilleri Marine Gozo Weekend Regatta

Aqra wkoll

Il-Camilleri Marine Gozo Weekend Regatta  kienet iddominata minn żewġ J99s – il-Calypso ta’ Tom Ripard u l-Lartista ta’ Anton Calleja. Iż-żewġ jottijiet tellqu flimkien matul ir-Regatta li kien fiha ħames tlielaq.  Kien ser ikun rekord bla telfa għal Calypso, li kieku ma kienx għall-J92 Alecto ta’ Charles Cronin li kiseb rebħa fl-aħħar tellieqa il-Ħadd. 

L-attività ta’ tmiem il-ġimgħa li għadda bdiet il-Ħamis filgħodu, festa pubblika, b’tellieqa  qasira li bdiet u spiċċat minn Marsamxett. L-Uffiċjal tat-Tlielaq Peter Dimech bagħat il-flotta lejn San Pawl il-Baħar fuq korsa qasira ta’ 12-il mil nawtiku.  Bir-riħ jilħaq biss bejn 3 – 4 mili nawtiċi fis-siegħa, kien bidu kemmxejn kalm izda lejn l-aħħar ħames mili ir-riħ żied biex jkun hemm, fil-kliem ta’ Charles Cronin, kaptan ta’ Alecto, “konklużjoni eċċitanti għal tellieqa kemmxejn frustranti”.

Ir-Regatta kompliet l-Ġimgħa wara nofsinhar meta l-flotta marret l-Imġarr, Għawdex. Il-bidu kien daqsxejn aktar eċċitanti b’Calypso joħroġ mill-port segwit minn Lartista. Barra Tigne Point kienu Kontiki (Ferdinand Grech), Maltese Falcon (Adrian Gauci Borda) u Alecto li kienu flimkient għal xi ftit żmien iżda kien Alecto li tbied minnhom wara ftit.  

 Nhar is-Sibt, il-kundizzjonijiet tar-riħ laħqu madwar 18-il mil nawtiku fis-siegħa li ppermetta  li jsiru żewġ tlielaq. L-Uffiċjal tat-Tlielaq Mark Napier bagħat il-flotta madwar Kemmuna, b’Calypso u Kontiki jirbħu l-klassijiet rispettivi tagħhom. Il-Ħadd, riħ ħfief rat lill-flotta titlaq minn Għawdex aktar kmieni milli kien ippjanat. Filwaqt li l-imħatri kienu fuq Calypso għal ġirja bla telfa, kien Alecto ta’ Charles Cronin li jipprovda s-sorpriża tal-ġurnata meta bil-mod il-mod, il-J92 għeleb l-oppożizzjoni miż-żewġ J99 biex rebaħ it-tellieqa.

 Madanakollu, il-jott Calypso hekk ġie ddikjarat Rebbieħ Overall tar-Regatta Camilleri Marine Gozo Weekend.

 “Kellna tmiem il-ġimgħa tajjeb ħafna f’Għawdex fuq Calypso. Kellna ix-xemx u l-kundizzjonijiet tat-tbaħħir kienu kbar! Fl-aħħar kellna opportunità għal xi tlielaq mill-qrib mal-J99 – Lartista l-oħra li kienet ta’ soddisfazzjon ħafna!” stqarr b’entużjażmu Tom Ripard, il-kaptan ta’ Calypso. B’eku tas-sentimenti ta’ Ripard kien Charles Cronin li rrimarka li t-tellieqa tal-Ħadd kienet perfetta għall-J92 Alecto tiegħu. “bidu tard għal Alecto ma tellfitx l-isforzi tagħna biex jiġru wara ż-żewġ J99s, f’dik li kienet tellieqa teknikament interessanti.” L-isforzi ta ‘Alecto rawhom jaħtfu rebħa fil-ħin ikkoreġut.

Fil-Klassi Cruisers, il-kompetizzjoni bejn Kira ta’ Gino Cutajar u KonTiki ta’ Fernando Grech b’KonTiki kienet kontinwa, b’dan tal-aħħar joħroġ bħala r-rebbieħ ġenerali tal-Klassi b’punt wieħed biss fuq Kira.

“Il-kollaborazzjoni mill-qrib tal-Club ma’ Camilleri Marine ila snin twal. Il-lista mill-isbaħ ta’ premjijiet, ġentilment mogħtija minn Camilleri Marine kienet ċertament ta’ inċentiv għad-dgħajjes li ħadu sehem. Nirringrazzjaw lil Camilleri Marine, għall-appoġġ kontinwu tagħhom” irrimarka David Cremona, Commodore, Royal Malta Yacht Club.

Il-Club irringrazzja wkoll lill-voluntiera li taw il-kontribut tagħhom għal dan l-avveniment – Georges Bonello Dupuis, Peter Dimech, Alana Meadows, u Mark Napier.

L-impenji li jmiss fuq il-Kalendarju tal-RMYC huma skedati għas-Sibt 16 ta’ April meta l-RMYC Double Handed Race, segwita mit-tellieqa offshore tant mistennija tal-Porto Turistico Marina di Ragusa Weekend Regatta fid-29 ta’ April.

Aktar informazzjoni dwar il-Kalendarju tal-Klabb tinsab fuq https://www.rmyc.org/event-type/races/

Ekonomija

Sport