Sunday, November 24, 2024

11-il xahar ħabs wara li seraq żewġ mobiles meta kien fis-sakra

Aqra wkoll

Raġel li seraq żewġ mobiles, allegatament waqt li kien fis-sakra, intbagħat 11-il xahar ħabs wara li ammetta l-akkużi miġjuba kontra tiegħu.

Omar Abdella Salih ta’ 25 sena mill-Eritrea deher quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia akkużat li seraq il-mobiles il-Ħadd filgħodu f’San Ġiljan. Huwa kien mixli wkoll li kiser sentenza sospiża u li għex ħajja ta’ għażż u vagabondaġġ.

Id-Difiża qalet li l-klijent tagħha kien fis-sakra u ddispjaċieh ħafna għal għemilu. 

Il-Maġistrat Farrugia kkundanna lil Salih għal sitt xhur ħabs fuq l-ewwel u t-tielet akkuża u fuq it-tieni akkuża ordna li l-ħames xhur ħabs imposti mill-Qorti isiru effettivi. B’hekk komplessivament huwa se jkollu jiskonta piena ta’ 11-il xahar ħabs. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Brian Xuereb u Keith Xerri. L-Avukat Martin Farrugia deher għall-akkużat.

Sport