Friday, December 27, 2024

11 imutu wara li sofrew minn xokk elettriku f’purċissjoni fl-Indja

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn tal-inqas 11-il persuna mietu wara li sofrew minn xokk elettriku filwaqt li 15 oħra ndarbu waqt purċissjoni reliġjuża li saret biswit tempju f’Tamil Nadu, fin-nofsinhar tal-Indja. 

L-inċident seħħ meta karru ġie f’kuntatt ma’ wire tad-dawl fid-distrett ta’ Thanjavur, qalu l-Pulizija. Fost dawk mejta kien hemm żewġt itfal. Uffiċjali qalu li l-ammont ta’ mwiet jistgħu jiżdiedu hekk kif uħud mill-midruba jinsabu f’qagħda kritika. 

Uffiċjal mis-servizzi tan-nar u tas-salvataġġ, spjega lill-ġurnalisti li generator li kien qed iħaddem il-karru weħel mad-dawra tat-triq. Waqt li kien qed isir xi xogħol fuqu, il-parti ta’ fuq tal-karru ġiet f’kuntatt mal-wire b’vultaġġ għoli. 

Xhieda fuq il-post qalu li f’dan l-inċident setgħu mietu aktar nies li kieku ma kienx għal għadira ilma li kien hemm fit-triq, hekk kif madwar 50 persuna li kienu mexjin mal-karru warrbu mill-ewwel.

Il-Pulizija tal-lokal fetħu investigazzjoni b’rabta ma’ dan il-każ. 

Ekonomija

Sport