Minn tal-inqas 11-il persuna ndarbu f’attakk b’sikkina fis-supermarket Walmart f’Michigan. B’rabta ma’ dan il-każ, li seħħ is-Sibt li għadda, ġie arrestat persuna filwaqt li l-persuni midruba qegħdin jingħataw il-kura. “B’riżultat ta’ dan, id-Dipartiment tal-Emerġenza bħalissa qed jesperjenza volum ta’ pazjenti ogħla mis-soltu,” qal iċ-Ċentru Mediku Munson f’kitba fuq il-midja soċjali.
Filmati ppubblikati online kienu juru diversi uffiċjali tal-pulizija u ambulanzi fil-parkeġġ tas-supermarket. “Is-suspettat huwa resident minn Michigan,” qal ix-Sheriff Michael Shea lill-ġurnalisti. “L-inċident jidher li kien wieħed każwali”.