Friday, May 3, 2024

1,108 persuni involuti f’inċidenti mhux fatali fuq ix-xogħol

Aqra wkoll

Tnaqqis ta’ 479 inċident mhux fatali meta kkomparat mal-istess perjodu fl-2019

Skont statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), bejn Jannar u Ġunju ta’ din is-sena seħħew 1,108 inċident fuq il-post tax-xogħol. B’xorti tajba dawn l-inċidenti ma kienux fatali u ma ħallew l-ebda fatalità. Meta wieħed jikkompora din l-istatistika mal-istess perjodu fl-2019, jirriżulta li n-numru ta’ każi naqsu b’479 in1ident fl-2020.

L-NSO tgħid ukoll li mill-1,108 inċident li seħħew fl-ewwel ħames xhur tas-sena, 16.7% ta’ dawn seħħew fis-settur tal-kostruzzjoni, filwaqt li 15.4% seħħew fl-industrija tal-manifattura. Il-maġġoranza tal-inċidenti weġġgħu lill-vittmi f’idejhom jew fis-swaba ta’ idejhom

Mil-lat ta’ fatalitajiet, fl-ewwel ħames xhur tas-sena seħħew tlieta, ekwivalenti għal-istess numru fl-ewwel ħames xhur fl-2019.

Sport