Saturday, October 5, 2024

113-il inkjesta qabżu s-sitt snin

Aqra wkoll

Huma 113 l-inkjesti li għadhom ma ngħalqux minkejja li ilhom sitt snin jew aktar li nfetħu.

Kien il-Ministru għall-Ġustizzja, Ugwaljanza u Governanza Edward Zammit Lewis li ta din iċ-ċifra għal domanda tad-deputat Laburista Glenn Bedingfield.

Mistoqsi mill-istess deputat liema huma, min huma l-maġistrati u jekk huwa jew il-Prim Imħallef jew l-Avukat Ġenrali qed jarawx li dawn jiġu konklużi, Zammit Lewis wieġeb li fin-natura tagħhom l-inkjesti huma kunfidenzjali u ma jistax jagħti tagħrif dwarhom.

Fl-istess waqt għamilha ċara li hija l-politika tal-Gvern li mhux aċċettabbli li l-inkjesti jdumu daqshekk.

Sport