In-numru ta’ anzjani li jieħdu s-sussidju għall-Carer at Home hu ta’ 1,137, li minnhom 360 huma rġiel u 777 huma nisa.
Stqarr dan il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputata Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici.